Futbol lokali
Imut Ronnie Cocks, leġġenda tal-futbol Malti

Dalgħodu miet Ronnie Cocks, l-eks plejer ta’ Sliema Wanderers, Gżira Utd, Ħamrun Spartans u Pieta Hotspurs. Cocks kien parti importanti wkoll tat-tim nazzjonali Malti.

Cocks kellu 73 sena u kien se jagħlaq 74 sena f’Awwissu li ġej.

Cocks jibqa’ magħruf għas-saħħa li kellu u li kien juża waqt partita futbol. Jibqa’ ikona mal-futbol fl-Empire Stadium fil-Gżira.

Il-futbol Malti, dalgħodu, tilef parti importanti minnu.

Wara li temm il-karriera tiegħu ta’ player, Cocks beda karriera fil-coaching fejn ikkowċja diversi teams kemm tal-kbar u anke fin-Nurseries fejn appuntu l-aħħar impenji tiegħu kien fl-akkademja ta’ St Andrews Luxol u Gżira Utd.

Anness issibu l-programm ‘Biografiji’, mill-arkivji ta’ TVM. Il-vuċi hi ta’ Peppi Azzopardi u l-kitba ta’ Norman Vella.

Miktub minn...
Owen Galea