Futbol lokali
Imut Stuart Diacono, għal snin twal involut fil-futsal u fil-football lokali

Tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ Stuart Diacono li qatta’ kważi ħajtu kollha viċin il-Clubs tal-futsal u tal-football lokali.

Diacono kien rikoverat l-isptar fl-aħħar ġimgħat u tilef il-ġlieda mal-mewt.

Huma ħafna bħalissa li qed jiktbu fuq il-facebook u jirringrazzjaw lil Stuart għall-ħbiberija tul ħajtu.

Diacono hu minn Ħaż-Żabbar u għal snin twal kien jgħin fl-amministrazzjoni tat-teams tal-football ta’ St Patrick. Mill-ewwel snin tal-Futsal f’Malta hu kien jinteressa ruħu fil-logħba billi kien jieħu ħsieb jorganizza t-teams anke meta l-futsal kien jintlgħab barra fil-pitches tas-synthetic.

Eventwalment kien involva ruħu sew fit-tmexxija ta’ diversi teams.

Rebah il-kampjonat mal-Belt 2015/16 u 2017/18 rebah in-Knock Out mal-Universita’ li maghhom kien Team Manager. Kien ukoll mat-timijiet tal-futsal ta’ Zabbar St. Patrick’s u Lija Athletic b’dawn tal-ahhar kienu rebhu l-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni fl-ahhar stagun li kellna zewg divizjonijiet.

Hu kien partitarju ukoll ta’ Juvenuts FC.

TVM Sports jagħti l-kondoljanzi lill-familja Diacono.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Ir-4 Round Pembroke …..0 Hibernians…..5 Hibernians bla problemi kontra Pembroke u jgħaddu għall-kwarti finali b’rebħa ta’ 4-0. Mal-10 minuta tasal l-ewwel azzjoni tal-partita meta pass fit-tul ta’…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Ir-4 Round Balzan……2 Sta Lucia…0 Balzan kisbu post fil-kwarti finali tal-FA Trophy dan wara li huma għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0. Minkejja li ma’ kienetx…

Futbol lokali

Pietà H…….2 Xewkija T….1 Pietà Hotspurs għaddew għall-kwartifinali tal-FA Trophy meta fl-ewwel logħba tas-Sibt fis-Centenary Stadium huma għelbu lil Xewkija Tigers 2-1. Kienet logħba li kien fiha ftit minn kollox:…

Aktar