Futbol internazzjonali
Imut Tommy Lawrence, ex goalkeeper ta’ Liverpool

Tommy Lawrence, ex goalkeeper ta’ Liverpool, miet ftit tas-sigħat ilu.

L-aħbar ħarġet fil-media Ingliża u kienet ikkonfermata mill-klabb ta’ Liverpool stess.

L-iskoċċiż kellu 77 sena u kien l-ewwel għażla fit-tim tar-Reds taħt il-Manager Bill SHankly, lura fis-Snin ’60.

F’sitt staġuni ma’ Liverpool, Lawrence ma lagħbx f’sitt partiti biss.

Fi żmienu, Liverpool rebħu darbtejn il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u l-FA Cup għall-ewwel darba fl-Istorja.

Hu kien iffirma ma’ Liverpool f’Ottubru tal-1957, ftit xhur wara li għalaq 17-il sena.

Ma’ Liverpool lagħab 390 darba u fl-1971 ingħaqad ma’ Tranmere Rovers fejn magħhom lagħab għal tliet snin.

Tommy Lawrence kien captain tat-tim nazzjonali Skoċċiż fi tliet okkażjonijiet.

Hu kien imlaqqam ‘The Flying Pig’, u dan minħabba l-fatt li kellu l-kapaċità jtir għall-ballun minkejja li kien jiżen aktar minn 90 kilogramma.

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Timijiet barranin li se jkunu għal training camps hawn Malta dix-xitwa u t-timijiet Maltin li se jilagħbu partiti ta’ ħbiberija kontrihom se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-Valletta 2018 International Football…

Futbol internazzjonali

Ryan Giggs hu l-kowċ Nazzjonali ġdid tat-team tal-Football ta’ Wales. L-eks player ta’ Man Utd li għandu 44 sena inħatar f’din il-kariga b’kuntratt ta’ erba’ snin. Giggs se jkun qed…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali, Futsal

L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tal-Ħadd 14 ta’ Jannar

Futbol internazzjonali

Liverpol rebħu dik li kienet partita spettakolari li kien fiha seba’ gowls f’Anfield kontra Manchester City bi skor finali ta’ 4-3. Liverpool marru fil-vantaġġ fid-9 minuta b’gowl ta’ Alex Oxlade…

Aktar