Futbol lokali
Imut Tony Gambin, ex masseur tat-tim nazzjonali għal kważi 40 sena

Tħabbret il-mewt ta’ Tony Gambin, ex masseur tat-tim nazzjonali Malti.

Gambin, minn Ta’ Sliema, dam jokkupa din il-kariga għal kważi 40 sena fejn mat-tim nazzjonali kien involut f’madwar 350 partita.

Hu kien waqaf mid-dmirijiet tiegħu fl-2016.

Gambin kien maħbub minn ħafna, inkluż il-plejers nazzjonali ta’ ġenerazzjonijiet differenti li ħadmu miegħu.

F’dan ir-ritratt, Gambin jidher jippoża ma’ Donald Spiteri, ex masseur ukoll tat-tim nazzjonali li ħadmu flimkien għal snin twal.

TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Gambin.

Miktub minn...
TVM Sport