Futbol lokali
Imut Tony Zarb ‘Il-Caravaggio’

Aħbar li xxukkjat lill-kommunita’ tal-football lokali hekk kif il-Ħadd filgħodu tħabbret il-mewt ta’ Tony Zarb magħruf bħala ‘l-Caravaggio’. Zarb kien involut sew fix-xena tal-futbol lokali fejn apparti li kien jilgħab il-football meta kien iżgħar anke ma’ Valletta FC, għal snin twal kien Stadium Manager tas-Centenary Stadium. Hu fil-passat kien membru wkoll fil-kumitat ta’ Sirens FC u f’dawn l-aħħar snin kien jgħin ukoll lil-Club Għawdxi ta’ Nadur Youngsters. Hu kellu 72 sena.

Il-‘Caravaggio’ kien involut f’inċident sfortunat nhar il-Ħadd li għadda meta ttajjar minn vettura proprju ftit ‘il bogħod mill-Ground ta’ Sirens FC viċin fejn kien joqgħod u kien rikoverat l-Isptar. Matul din il-ġimgħa kien qaleb għall-aħjar iżda tilef il-battalja mal-mewt proprju dalgħodu. Hu kien magħruf ma’ kulħadd bħala bniedem altruista u jgħin lil kulħadd irrispettivament mill-kuluri tal-Club jew mil-liema diviżjoni kien il-Club. Kien magħruf ħafna għad-dixxiplina tiegħu fis-Centenary Stadium tant li fl-aħħar edizzjonijiet l-MFA kienet ippremjatu wkoll fl-MFA Awards għall-kontribut tiegħu fil-football lokali.

Mal-aħbar tal-mewt tiegħu fuq is-social media dehru kummenti ta’ sogħba u solidarjeta’ mal-familja tiegħu. Fost l-ewwel reazzjoni kien hemm dik tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li sellmet lil Zarb u rringrazzjatu tal-koperazzjoni li dejjem sabu min għandu tul is-snin twal waqt il-logħbiet li saru mas-snin fl-Istadium taċ-Ċentinarju. L-MFA ukoll ħarġet stqarrija ssellem lill-Zarb.

Id-dettalji tal-funeral jittħabbru iktar tard. TVM Sport jingħaqad mal-kumunita’ sportiva u twassal il-kondoljanzi lill-familja Zarb.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Ir-4 Round Pembroke …..0 Hibernians…..5 Hibernians bla problemi kontra Pembroke u jgħaddu għall-kwarti finali b’rebħa ta’ 4-0. Mal-10 minuta tasal l-ewwel azzjoni tal-partita meta pass fit-tul ta’…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Ir-4 Round Balzan……2 Sta Lucia…0 Balzan kisbu post fil-kwarti finali tal-FA Trophy dan wara li huma għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0. Minkejja li ma’ kienetx…

Futbol lokali

Pietà H…….2 Xewkija T….1 Pietà Hotspurs għaddew għall-kwartifinali tal-FA Trophy meta fl-ewwel logħba tas-Sibt fis-Centenary Stadium huma għelbu lil Xewkija Tigers 2-1. Kienet logħba li kien fiha ftit minn kollox:…

Aktar