Futbol lokali
Imut Tony Zarb ‘Il-Caravaggio’

Aħbar li xxukkjat lill-kommunita’ tal-football lokali hekk kif il-Ħadd filgħodu tħabbret il-mewt ta’ Tony Zarb magħruf bħala ‘l-Caravaggio’. Zarb kien involut sew fix-xena tal-futbol lokali fejn apparti li kien jilgħab il-football meta kien iżgħar anke ma’ Valletta FC, għal snin twal kien Stadium Manager tas-Centenary Stadium. Hu fil-passat kien membru wkoll fil-kumitat ta’ Sirens FC u f’dawn l-aħħar snin kien jgħin ukoll lil-Club Għawdxi ta’ Nadur Youngsters. Hu kellu 72 sena.

Il-‘Caravaggio’ kien involut f’inċident sfortunat nhar il-Ħadd li għadda meta ttajjar minn vettura proprju ftit ‘il bogħod mill-Ground ta’ Sirens FC viċin fejn kien joqgħod u kien rikoverat l-Isptar. Matul din il-ġimgħa kien qaleb għall-aħjar iżda tilef il-battalja mal-mewt proprju dalgħodu. Hu kien magħruf ma’ kulħadd bħala bniedem altruista u jgħin lil kulħadd irrispettivament mill-kuluri tal-Club jew mil-liema diviżjoni kien il-Club. Kien magħruf ħafna għad-dixxiplina tiegħu fis-Centenary Stadium tant li fl-aħħar edizzjonijiet l-MFA kienet ippremjatu wkoll fl-MFA Awards għall-kontribut tiegħu fil-football lokali.

Mal-aħbar tal-mewt tiegħu fuq is-social media dehru kummenti ta’ sogħba u solidarjeta’ mal-familja tiegħu. Fost l-ewwel reazzjoni kien hemm dik tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li sellmet lil Zarb u rringrazzjatu tal-koperazzjoni li dejjem sabu min għandu tul is-snin twal waqt il-logħbiet li saru mas-snin fl-Istadium taċ-Ċentinarju. L-MFA ukoll ħarġet stqarrija ssellem lill-Zarb.

Id-dettalji tal-funeral jittħabbru iktar tard. TVM Sport jingħaqad mal-kumunita’ sportiva u twassal il-kondoljanzi lill-familja Zarb.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Futbol lokali

Marsa St Michael u Valletta St Pauls baqgħu ras imb’ras fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA meta rebħu b’mod drammatiku l-konfronti rispettivi tagħhom. It-tnejn li huma għandhom 13-il punt fil-klassifika u hekk…

Aktar