Waterpolo
Imut Victor Cachia eks referee tal-waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li hu kkontrolla jkunu fil-pitches tal-waterpolo fejn kienu jintlagħbu l-logħbiet dak iż-żmien.

Cachia kkontrolla diversi logħbiet f’diversi kampjonati internazzjonali tal-LEN.

Hu kien attiv ukoll fil-Malta Waterpolo Referees Association u kien strumentali sabiex iħarreġ diversi referees. Meta kien iżgħar kien lagħab għal snin twal ma’ Neptunes bħala player. Hu kellu 82 sena.

TVM Sport jingħaqad mal-komunita’ lokali tal-waterpolo u jwssal il-kondoljanzi lill-familja Cachia.

Victor Cachia (xellug) ma’ Anthony Grech wieħed mill-ħbieb tiegħu fil-waterpolo li għal xi żmien kien ukoll referee.
Miktub minn...
TVM Sport
.