Futbol lokali
In-NADO dwar il-każ Jonathan Caruana: tiċħad li sar żball fit-test

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Anti-Doping in-NADO ċaħdet li kien hemm xi żball fil-proċedura tat-testijiet u fl-analiżi fil-laboratorju tal-kampjun meħud lill-footballer Jonathan Caruana.

In-NADO qalet fi stqarrija b’reazzjoni għal rapporti fil-media, li l-kampjun instab li kien fiħ sustanza projbita, speċifikament Ostarine, li l-player aktar tard ta prova li kien ikkonsma minn supplement kontaminat.

Jonathan Caruana kien ġie oriġinarjament sospiż erba’ snin minn kull attivita’ fil-football wara li test li sarlu f’Marzu tas-sena l-oħra werieħ pożittiv għas-sustanza Ostarine, li hija pprojbita mill-Aġenzija Dinjija tal-Anti-Doping il-WADA. Caruana min-naħa tiegħu sostna li ma ħa l-ebda sustanza projbita u appella l-każ quddiem il-Qorti għall-Arbitraġġ Sportiv il-CAS: fejn aċċetta li s-supplements li kien qed jieħu jiġu analizzati, u eventwalment instab li wieħed minnhom kien kontaminat bl-Ostarine.

In-NADO qalet li b’applikazzjoni ta’ regolamenti internazzjonali li jippermettu tnaqqis ta’ sospensjoni meta atleta iġib prova ta’ tort imnaqqas u jirriżulta li t-test pożittiv kien kawża ta’ prodott kontaminat: u bi ftehim ma’ Caruana nnifsu li aċċetta li għandu tort parzjali: il-perjodu ta’ sospensjoni tnaqqas għal sitt xhur u għaldaqstant il-player huwa eliġibbli li jirritorna għat-training u l-logħob kompetittiv b’effett immedjat.

In-NADO tinnota fl-istqarrija tagħha li atleta huwa responsabbli għal kull ma jieħu: u huwa fid-dmir jaċċerta mhux biss il-htieġa ta’ kwalunkwe supplement, imma li l-konsum tiegħu ma jiksirx ir-regolamenti tal-anti-doping. Sakemm mhux verament bżonn, tgħid in-NADO, is-supplements għandhom jiġu evitati.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Mosta wkoll se jkunu mmexxija minn coach ġdid meta jiffaċċjaw lil Birkirkara fl-ewwel partita li jmiss tal-kampjonat. Il-club Mosti llum ħabbar li l-kumitat laħaq ftehim mal-coach Taljan Enrico Piccioni biex…

Futbol lokali

F’Durres, l-Albanija: it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena tilef 2-0 f’partita ta’ ħbiberija maż-żgħażagħ Albaniżi tal-istess eta’. Għall-Albanija l-goals ta’ Hebaj fl-34, u Imeri minn penalty minuta mill-mistrieħ. Fit-tieni…

Futbol lokali

Il-coach tat-team nazzjonali Malti Ray Farrugia trankwill lejlet il-partita kontra l-Kosovo: konxju mill-qawwa tal-avversarji imma konvint li l-players tiegħu se jagħmlu l-parti tagħhom. Malta tilgħab kontra l-Kosovo għada filgħaxija fl-Istadium…

Futbol lokali

It-Taljan Guido Ugolotti huwa l-coach il-ġdid tal-club tal-Kampjonat BOV Premier Floriana. Ugolotti li nħatar għall-kumplament tal-istaġun, jieħu post Luis Oliveira, li min-naħa tiegħu kien ħa post Nicolas Chiesa f’Awwissu wara…

Aktar