Motorsport
In-Nitro World Games għall-ewwel darba barra l-Istati Uniti

L-Amerikan Travis Pastrana qiegħed jittama li jkollu suċċess kbir meta għall-ewwel darba, in-Nitro World Games se jsiru barra l-Istati Uniti. Dan is-sewwieq, li fl-2017 niżżel ismu fl-istorja meta għamel backflip bil-mutur t’aktar minn 23 metru fuq ix-xmara Thames, f’Londra, issa qiegħed iniedi l-attività ta’ dan l-isport estrem għal Cardiff, Wales. Din l-attività se ssir is-sena d-dieħla, l-ewwel darba barra l-Istati Uniti.

Aktar minn 100 persuna sportiva mistennija jingħaqdu fil-kapitali ta’ Wales, biex bejn it-23 u l-24 ta’ Mejju 2020, jiċċassaw, jimmeraviljaw u jħallu b’ħalqhom miftuħ lil dawk li se jmorru jsegwu n-Nitro World Games. Skont Pastrana, f’dan il-logħob se jsiru manuvri li qatt ma saru qabel. Id-dixxiplini f’dawn il-logħob jinkludu il-Freestyle Motocross (FMX), BMX Best Trick, BMX Triple Hit, Skate Vert u Scooter Best Trick.

Dan mhuwiex sport faċli, u mhux darba jew tnejn li jkun hemm kompetituri li jweġġgħu minħabba manuvri li jagħmlu u joħorġu ħażin. Fil-fatt, Travis Pastrana nnifsu kiser xejn inqas minn 90 għadma u sofra 25 concussion fil-karriera tiegħu.

In-Nitro World Games ser isiru fil-Principality Stadium ta’ Cardiff, f’Wales, f’Mejju tas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ f’pajjiżu fil-Moto GP tal-Katalunja. Dan wara li fil-bidu tat-tellieqa, mat-tieni lap, diversi sewwieqa spiċċaw mal-art b’Jorge Lorenzo jkun wieħed minnhom. Il-Franċiż Fabio Quartararo spiċċa t-tieni,…

Motorsport

Motorsport: L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1 għal darbtejn Fernando Alonso rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena 2019 ta’ Le Mans 24. Flimkien mas-sewwieqa l-oħra tat-team fuq Toyota Kazuki Nakajima u Sebastien…

Motorsport

Kamui Kobayashi poġġa lit-Toyota fil-pole position proviżorju għat-tellieqa ta’ Les Mans. It-Toyota huma ċ-champions renjanti u allura jridu jiddefendu t-titlu li rebħu s-sena li għaddiet b’Alonso, Nakajima u Buemi. Il-Ġappuniż…

Motorsport

Ilbieraħ, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drifting, organizzat it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drifting. L-avveniment ġie organizzat f’Ta ‘Qali, fil-parkeġġ li jwassal għad-daħla ewlenija taċ-Ċentru ta’ Fieri u Konvenzjonijiet ta’ Malta taħt xemx qalila….

Aktar