
Futbol lokali
In-nursery ta’ Floriana bi training camp b’kollaborazzjoni ma’ Cagliari Calcio
In-nursery tal-club tal-premier lokali Floriana għaddejja bi training camp għal footballers żgħażagħ taħt il-gwida ta’ żewġ coaches mill-club tas-Serie A Taljana Cagliari.
Iċ-chairman tan-nursery ta’ Floriana Hugh Peralta spjega ma’ TVMSport kif il-ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ Cagliari Calcio jista’ jiġi estiż għal inizjattivi oħra:
It-training camp seħħ bil-kollaborazzjoni tad-ditta internazzjonali WEST: li topera f’Malta bl-għan fost l-oħrajn li ssaħħaħ ir-rabtiet kummerċjali ma’ Sardinja:
Il-programm ta’ taħriġ mifrux fuq sitt ijiem huwa miftuħ għal players bejn is-7 u l-15-il sena minn nurseries madwar Malta. Il-coaches professjonali li ntbagħtu minn Cagliari Calcio għat-training camp huma Mattia Belfiore u Carlo Ancelleri.