Futbol lokali
In-Nursery ta’ Floriana b’kollaborazzjoni mal-Club taljan ta’ Cagliari Calcio

Futbol lokali: In-Nursery tal-Club ta’ Floriana se tkun qed torganizza sitt ijiem ta’ taħriġ instensiv għall-players żgħażagħ taħt il-gwida ta’ żewġ coaches professjonali taljani tal-Club taljan ta’ Cagliari Calcio.

Iż-żewġ coaches Mattia Belfiore u Carlo Ancelleri se jkunu f’Malta bejn id-9 u l-14 ta’ Settembru għal dak li qed jisejjaħ il-‘Cagliari Calcio International Exchange Programme’

F’konferenza Stampa indirizzata miċ-Chairman tan-Nursery ta’ Floriana l-Avukat Hugh Peralta, ġie spjegat li l-programm ta’ taħriġ intensiv se jkun miftuħ għat-tfal kollha Maltin inkluż bniet u mhux għat-tfal tan-Nursery ta’ Floriana biss. Tfal ta’ bejn is-7 u l-15 -il sena anke minn nurseries oħra jistgħu japplikaw.

Dr. Peralta qal li dan il-ftehim seta’ jsir grazzi għall-kumpanija WEST, Water Energy Security Trade li bdiet topera f’Malta bl-intenzjoni li tkabbar l-operat kummerċjali tagħha internazzjonalment.

Iċ-Chairman tal-Floriana Nursery spjega li wara dan il-programm ta’ taħriġ ta’ Settembru hemm possibilita’ li l-kollaborazzjoni bejn in-Nursery tal-Greens u l-iscuola calcio ta’ Cagliari tkun estiża għall-inizjattivi oħra.

Intant Dr Peralta u s-Segretarju tan-Nursery ta’ Floriana Joe Debattista ħabbru li l-player tagħhom Leo Agius ta’ 17 -il sena se jmur jilgħab il-Belġju mat-team KVC Waterlo, filwaqt li l-goalkeeper Chris Farrugia se jingħaqad ma’ Sheffield United fl-Ingilterra. Joe Debattista qal li n-Nursery ta’ Floriana tul is-snin ipproduċiet players ta’ talent u dejjem ikkoperat mal-players u mal-ġenituri meta ġiethom opportunita’ li jilagħbu barra minn Malta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kienu Matthew Paris, Ludovico Micallef u Adrian Casha li kisbu l-iktar ammont ta’ voti fl-elezzjoni għal tliet postijiet bħala Viċi Presidenti tal-MFA. B’kollox kien hemm sitt kontestanti għal din il-kariga…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo huwa l-President il-ġdid tal-Malta Football Association wara li iktar kmieni llum rebaħ l-elezzjoni għall-ogħla kariga tal-MFA meta rebaħ l-elezzjoni meta għeleb lill-Chris Bonett. L-elezzjoni saret waqt il-Laqgħa Ġenerali…

Aktar