Snooker
Inawgurata Akkademja ġdida tas-Snooker fil-Ħamrun

Inawgurata l-Akkademja tas-Snooker fil-kumpless Maria Assunta fil-Ħamrun.

Il-faċilità ġdida tas-snooker hija t-tieni parti mill-proġett għall-kumpless li s’issa diġà għandu ground tal-football: huma ppjanati wkoll sala tal-handball, padiljun għal sport varji, sala għat-table football, u sala oħra għall-boċċi.

Il-proġett tas-snooker sar b’investiment ta’ 700,000 ewro u minbarra mwejjed tal-logħob professjonali u oħrajn għat-tfal, jaħseb ukoll għal spazju għal uffiċju għal Malta Billiard and Snooker Association.

Fl-inawgurazzjoni tal-faċilità, is-segretarju parlamentari għall-isport Clifton Grima fisser kif il-kummissjoni maħtura ġdida dwar strateġija għall-isport qed taħdem mal-Kumitat Olimpiku Malti biex jiġu identifikati miri u jsir investiment kemm infrastrutturali u kemm f’livell tekniku anke permezz ta’ partnerships ma’ federazzjonijiet internazzjonali.

Clifton Grima qal li l-ħsieb hu li jsir investiment dirett anke fl-atleti nfishom bl-għan aħħari li Malta tkun tista’ tikkompeti fl-ogħla livelli sportivi.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-aktar tminn plejers li għandhom ranking għoli f’pajjizna ser jkunu qegħdin jieħdu sehem fil- BOV Tennis Masters Tournament bejn is-sbatax u it-tlieta u għoxrin ta’ Diċembru. Il- kampjonat tnieda waqt…

Sports Internazzjonali

Il- futur tat- Tim taċ-ċikliżmu SKY jinsab mdendel, wara li s-sid tat-tim u sponsor ewlieni, l-istazzjon televiżiv SKY ħabbar li kien ser itemm l-involviment tiegħu fit-tim wara t-tmiem tal- istaġun…

Motorsport

Il-weekend li għadda sar it-Thrustmaster GT Tournament fl-MFCC Ta’ Qali waqt il-Go Malta Esports Festival 2018. Kien hemm ‘il fuq minn 25 xufier li ħadu sehem f’dan it-tournament. Il-Ġimgħa kulħadd…

Aktar