Futbol internazzjonali
Infantino u l-FIFA jimbuttaw għal Tazza tad-Dinja kull sentejn flok erbgħa

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino stqarr li qed tiġi analizzata l-possibilta li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn dan biex jippermetti aktar timijiet jipparteċipaw.

It-Tazza tad-Dinja li jmiss se ssir fil-Qatar fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat f’Novembru tas-sena d-dieħla b’full sell-out antiċipat anke jekk il-COVID 19 tippersisti.

Bħalissa l-FIFA għaddejja bi studju biex tiġi analizzata l-possibilta ta’ Tazza tad-Dinja kull sentejn, proposta li iżda qed twassal għal kritika ħarxa minn numru ta’ federazzjonijiet, klabbs u plejers kif ukoll gruppi ta’ partitarji.

Infantino anke tkellem dwar il-possibilta li jiġi ntrodott proċess awtomatiku tal-offside li jkompli jnaqqas mir-responsabilta tal-uffiċjali tal-logħba, liema deċiżjoni jekk tidħol fis-seħħ tmur konformi mal-goal line technology u l-VAR li sa issa qed iħallu riżultati pożittivi.

Miktub minn...
Rodney Vassallo