Futbol internazzjonali
“Inġedded il-kuntratt meta Inter jagħtuni offerta korretta u konkreta” – Mauro Icardi

Mauro Icardi, il-plejer u captain ta’ Inter FC, għadu għaddej bin-negozjati mal-klabb tiegħu, dwar it-tiġdid ta’ kuntratt ġdid.

Jidher li l-plejer ta r-reazzjoni tiegħu għall-ewwel darba fuq dan il-każ permezz tal-profil uffiċjali tiegħu fuq Instagram fejn qal li kien lest iġedded il-kuntratt tiegħu meta Inter joffrulu wieħed korrett u konkret.

Il-kuntratt ta’ Icardi ma’ Inter jiskadi fl-2021.

Jidher li dwar il-futur ta’ Icardi ma’ Inter hemm skjedata laqgħa il-ġimgħa d-dieħla bejn id-diriġenti tal-klabb u l-aġent tal-plejer, Wanda Icardi.

Il-media fl-Italja qed tirraporta li din se tkun it-tielet offerta u possibbilment l-aħħar waħda li Inter se jkunu qed joffru lil Icardi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ilbieraħ bdew it-tieni logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020, b’telfa sorpriża għall-Kroazja barra minn darhom għand l-Ungerija, filwaqt li l-Ġermanja rnexxilhom joħoġru rebbieħa fl-Olanda bl-iskor ta’ 3-2.Rebħiet ukoll għar-Russja, l-Iskozja…

Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Aktar