Olimpijadi TOKYO 2020
Inkwiet ġdid dwar l-Olimpjadi, biss il-Prim Minsitru Ġappuniż jinsab kunfidenti

Il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga qal li jinsab kunfidenti li l-Olimpjadi jsiru kif skedat fis-sajf li ġej, avolja l-Gvern iddikjara stat t’emerġenza fir-reġjun ta’ Tokjo. Jidher li l-Ġappun qiegħed jaffaċċja mewġa’ oħra ta’ każijiet ta’ Covid-19, u hemm ċertu nkwiet li l-Olimpjadi li suppost għandhom jibdew f’Lulju li ġej, jistgħu jkunu kkanċellati.

Il-Prim Ministru Suga jinsab konvint u ottimist li ġaladarba l-vaċċin ikun ingħata lil numru kbir ta’ persuni, dan jagħmilha possibbli li l-Olimpjadi jsiru kif skedat. Jidher li l-awtoritajiet tas-saħħa fil-Ġappun qegħdin jimmiraw li jibdew kampanja ta’ tlaqqim minn Frar li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA