Futbol internazzjonali
Inkwiet għal Ronaldo mill-ġdid bil-COVID-19

L-istilla Portugiz Cristiano Ronaldo jista jitlef il-klassika mill-UEFA Champions League id-dieħla meta Juventus jilqgħu lil Barcelona f’Turin, dan hekk kif l-ex winger ta’ Manchester United u Real Madrid reġa ttestja pozittiv għal COVID-19.

Ronaldo llum jgħodd ħamsa u tletin sena instab pozittiv l-ewwel darba waqt it-tieqa nternazzjonali t’Ottubru ġimgħatejn ilu meta kien għat-taħriġ mal-Portugall, huwa qgħad jirkupra u kwarantina fil-villa lussuza tegħu f’Turin.

L-aħbar zvelata mill-istampa Portugiza ġiet eventwalment ikkonfermata minn Sky Sports fl-Italja.

Miktub minn...
Rodney Vassallo