Innoċenti, iżda l-Bord tad-Dixxiplina jissospendieħ xorta

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA issospenda xejn inqas minn 10 players mill-kampjonat BOV Premier wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa.

Tmien players ġew sospiżi minħabba akkumulazzjoni ta’ erba’ karti sofor filwaqt li tnejn minħabba li ntwerew karta ħamra b’dawn it-tnejn ikunu Soares ta’ Hibernians u Grech ta’ Mosta. Interessanti l-fatt li minkejja li l-filmati tat-TV urew li r-referee Fydor Zammit kien żbaljat fid-deċiżjoni tiegħu meta keċċa bit-tieni karta safra lil Grech, dan xorta ġie sospiż logħba allura kollox jindika li r-Referee kiteb li ħa isem Grech fuq il-match report tiegħu. Il-filmati tat-TV urew biċ-ċar li l-foul għamlu Kurt Magro u mhux Grech.

Intant Mosta FC se jkunu qed jiktbu uffiċjalment lill-MFA sabiex tirratifika s-sospensjoni ta’ Grech bl-użu tal-video evidence.

Il-players sospiżi kollha huma dawn:

Gianmarco Piccioni – Balzan logħba

Bojan Kaljevic – Balzan logħba

Ryan Scicluna – Birkirkara logħba

Clyde Borg – Floriana logħba

Steve Pisani – Floriana logħba

Rodolfo Soares – Hibernians logħba

Ryan Grech – Mosta logħba

Mateus Ribeiro dos Santos –  Mosta logħba

Ibok Edet – Naxxar logħba

Ryan Sammut Tarxien – logħba

Miktub minn...
TVM Sport
.