International Sports
Inqas minn 600 ġurnata għall-bidu tal-Olimpjadi f’Tokyo

L-organizzaturi tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi ta’ Tokyo 2020 stqarrew li dawn ser jiġu jiswew madwar €11-il biljun, baġit simili għal kif kien imħabbar is-sena li għaddiet.

Barra dan il-baġit, żdiedu madwar €2 biljuni oħra minħabba t-trasport, ikel u xorb, xogħolijiet amministrattivi u anke relazzjonijiet pubbliċi. Għalkemm l-organizzaturi pruvaw li jnaqqsu l-ispiża globali, xorta waħda sabuha diffiċli, u qegħdin jgħidu li jekk ser inaqqsu l-flus, allura ser inaqqsu l-livell ta’ dawn l-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi.

Skont il-President ta’ Tokyo 2020, Toshiro Muto, fadal inqas minn 600 ġurnata għall-bidu tal-Olimpjadi, u allura x-xogħol issa daħal fil-fażi finali tiegħu. Sostna li hemm bżonn numru kbir ta’ vetturi sabiex iwasslu lill-atleti u lit-timijiet ta’ kull pajjiż minn post għall-ieħor, u qegħdin jikkalkulaw li kull voluntier li ser jassisti f’dan il-logħob, ser jieħu kważi €8 f’rimborż.

Wieħed mill-fatturi li qiegħed jinkwieta lill-organizzaturi huwa s-sajf, fejn f’Tokyo tagħmel sħana kbira, u bħalissa qegħdin jiġu kkunsidrati rimedji kif ir-riskju tas-sħana jista’ jitnaqqas għall-atleti, spettaturi u anke l-ħaddiema li ser ikunu involuti f’dan il-logħob Olimpiku.

Meta issa fadal inqas minn sentejn għall-bidu ta’ dan il-logħob Olimpiku, il-belt ta’ Tokyo tinsab fl-aqwa tagħha bil-preparamenti sabiex tilqa’ dan l-avveniment tant importanti ta’ kull 4 snin.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar