Futbol internazzjonali
Inter fil-kwartifinali tal-Europa League

Inter għaddew għall-kwartifinali tal-Europa League meta f’logħba b’eliminazzjoni diretta għelbu lil Getafe 2-0.

Il-logħba ntlagħbet fix-Schalke Arena f’Gelsenkirchen u kienet diċiża b’gowl f’kull taqsima. Wara bidu tajjeb ta’ Getafe kienu Inter li fetħu l-iskor permezz ta’  Romelu Lukaku fit-33 minuta.

Kwarta mit-tmiem opportunita għal Getafe meta ballun deher jaħbat ma’ id id-difensur Godin, iżda mill-11-il metru Molina m’approfittax meta xeħet inkredibilment barra.

Ta’ dan pattew qares għaliex fit-83 minuta Inter irduppjaw permezz ta’ Eriksen li kien għadu kif daħal bħala sostitut.

Fil-logħba l-oħra f’Old Trafford Manchester United għelbu lil Linzer ASK 2-1, biex ir-red Devils għaddew mal-aħħar tmienja b’aggregate ta’ 7-1.

Kien Wiesinger li skorja gowl spettakolari għal Linzer fil-55 minuta iżda r-risposta ta’ Manchester United kienet immedjata u waslet żewġ minuti wara permezz ta’ Lingard.

Il-gowl rebbieħ ta’ Manchester United fit-88 minuta permezz ta’ Martial wara azzjoni ma’ Juan Mata.

Copenhagen dawwru r-riżultat kontra Istanbul Basaksahir meta rebħu 3-0 fil-kapitali daniża biex għaddew b’aggregate ta’ 3-1.

Copenhagen marru kmieni fil-vantaġġ wara tliet minuti b’daqqa ta’ ras ta’ Jonas Wind, bl-istess plejer jiskorja t-tieni gowl fit-52 minuta minn azzjoni ta’ penalty.

L-iskor sar 3-0 permezz ta’ Falk fit 62 minuta biex issa Copenhagen jiltaqgħu ma’ Manchester Utd fil-kwartifinali.

Fl-Ukrajna Shkahtar Donetsk għelbu lil Wolfsburg 3-0 biex ghaddew b’aggregate ta’ 5-1 wara s-suċċess ta’ 2-1 fil-Ġermanja.

Il-gowls kollha waslu fl-aħħar minuti tal-logħba wara li ż-żewġ naħat kellhom plejer kull wieħed imkeċċi fit-tieni taqsima.

Shakhtar fetħu l-iskor fid-89 minuta permezz ta’ Moraes, biex fil-ħin miżjud Solomon għamilhom tnejn u Moraes skorja t-tieni gowl personali tiegħu fit-93 minuta f’azzjoni ta’ kontrattakk għal skor finali ta’ 3-0.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Aktar