Futbol internazzjonali
Inter jagħmlu l-ewwel offerta ta’ €70 miljun għal Romelu Lukaku

Għalkemm tidher somma tajba għall-attakkant Belġjan li forsi ma skurjax gowls daqskemm kien mistenni minnu f’Old Trafford, ir-Red Devils huma mistennija li ma jaċċettawx l-offerta inizjali, b’rapporti qegħdin jgħidu li Manchester United iridu €89 miljun għal Lukaku.

Bħalissa Romelu Lukaku jinsab ma’ sħabu tal-United f’Perth, fejn bdew il-pre-season b’dan it-tour, biss jidher li jixtieq li jitlaq u jingħaqad m’Antonio Conte f’San Siro għall-istaġuni li ġejjin.

L-aġentm tal-plejer, Federico Pastorello qal li Lukaku diġa’ għamilha ċara li jixtieq jiċċaqlaq u li jmur jilgħab l-Italja, u għalkemm li jingħaqad m’Inter hija l-ħolma tal-plejer, xorta għadu kmieni biex wieħed jagħmilha fatta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ivan Rakitic jista’ jinaqgħad ma’ Juventus f’Jannar li ġej. Dan saħqu s-segretarju tekniku ta’ Barcelona Eric Abidal. Il-midfielder Kroat qiegħed isiba diffiċli li jsib spazju ma’ Barcelona dan l-istaġun. Abidal…

Futbol internazzjonali

GRUPP A L-Ingilterra kienu diġa’ ċerti li rebħu l-grupp qabel il-logħba imma għalqu bil-kbir b’rebħa komda fil-Kosovo, filwaqt li ċ-Ċeki moħħhom kien mistrieħ li ser jikkompetu fl-EURO 2020 u spiċċaw…

Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja U17 – Finali Messiku 1   Brażil 2 Il-Brażil huma r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja U17 meta fil-finali għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 2-1. Dan kien ir-raba’ suċċess għall-Brażiljani f’din il-kategorija, rebħa…

Futbol internazzjonali

Eluf ta’ partitarji Finlandiżi ħarġu fit-toroq jiċċelebraw il-kwalifikazzjoni storika tal-Finlandja għall-Kampjonat Ewropew tas-sajf li ġej, l-EURO 2020. Il-Finlandja għelbu lil Liechteinstein bi skor ta’ 3-0 biex aċċertaw mit-tieni post ta’…

Aktar