Futbol internazzjonali
Inter l-ewwel tim Taljan li jirtira mis-Super League Ewropew, Milan qed jaħsbuha

Inter huma l-ewwel tim Taljan li rtira mis-Super League Ewropew. Fi stqarrija maħruġ mill-amministrazzjoi tan-neroazzurri, intqal li l-proġett tas-Super League attwali m’għadux jinteressa lil Inter, u allura ddeċidew li jirtiraw.

Jidher li fil-preżent Milan għadhom ma ddeċidewx x’ser jagħmlu, għalkemm rapporti qed jgħidu li dalwaqt jibagħtu l-ittra ta’ rtirar. L-istess fi Spanja, Barcelona u Atlético Madrid qed jaħsbuha jekk jirtirawx jew le.

Għalkemm għaddej dan kollu, l-amministrazzjoni tas-Super League qed issostni li l-proġett xorta waħda ser jibqa’ għaddej u hemm bżonn li jsir ristruttar sabiex jibqa’ vijabbli.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA