Futbol internazzjonali
Inter viċin li jakkwistaw lil Victor Moses

Beppe Marotta kkonferma li Inter huma interessati li jakkwistaw lill-plejer ta’ Chelsea, Victor Moses. Skont Gianluca Di Marzio, Chelsea taw permess lil Inter ikellmu lil Moses li bħalissa jinsab misluf lil Fenerbahce. Il-manager ta’ Inter Antonio Conte, jaf lil Victor Moses minn meta kien ma’ Chelsea, biss il-plejer Niġerjan qiegħed ibati ħafna mill-injuries, tant li kulma lagħab kienu seba’ logħbiet fi staġun sħiħ.

Jidher li kemm Fenerbahce kif ukoll Chelsea huma lesti li jħallu lil Moses jitlaq, imma Inter iridu jsibu post għal dan il-plejer, l-istess kif qegħdin jippruvaw jagħmlu qabel jakkwistaw lil Olivier Giroud. Skont rapport fil-media Taljana, Giroud qiegħed jistenna li Inter ibiegħu lil Matteo Politano, filwaqt li Moses irid jistenna lil Valentino Lazaro jitlaq qabel xi ħadd minnhom imur Milan.

Bħalissa qiegħed jissemma’ wkoll il-plejer ta’ Tottenham Hotspur Christian Eriksen, b’Gianluca Di Marzio jemmen li kemm hu kif ukoll Moses kważi huma ċerti li ser jingħaqdu man-neroazzurri f’dan ix-xahar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 L-ewwel Leg. Fażi tal-aħħar 16 Atletico Madrid……1 Liverpool……………0 Rebħa f’darhom għal Atletico Madrid fi Spanja f’logħba bilanċjata li kient deċiża b’goal uniku fil-logħba li kien skorjat…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16 – L-ewwel Leg. Borussia Dortmund …..2 PSG…………………………1 Il-Ġermaniżi ta’ Borussia Dortmund jirbħu f’darhom fis-Signal Iduna Park kontra l-Franċiżi ta’ PSG. Wara li l-ewwel taqsima…

Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Aktar