Investigaturi jgħidu li kienet ħsara fil-mekkaniżmu tat-tail rotor li swiet il-ħajja ta’ ħamsa min-nies f’Leicester

Eku mit-traġedja tat-tiġrif tal-ħelikopter li sewa l-ħajja ta’ ħames persuni, fosthom is-sid tal-klabb ta’ Leicester City, Vichai Srivaddhanaprabha. Investigaturi Brittaniċi qegħdin jgħidu li seħħet ħsara fil-mekkaniżmu tat-tail rotor u kien minħabba f’hekk li l-pilota tilef il-kontroll tal-ħelikopter. L-inċident seħħ fiż-żona tal-parkeġġ barra l-King Power Stadium wara logħba tat-tim ta’ Leicester.

Skont il-Britian’s Air Accidents Investigation Branch, il-pedali tal-cockpit tilfu kull kuntatt mat-tail rotor u allura wara li l-ħelikopter kien tela’ f’għoli konsiderevoli, il-pilota ma seta’ jagħmel xejn biex jipprova jikkontrolla s-sitwazzjoni, u baqa’ nieżel għal isfel u spiċċa ballun tan-nar.

Il-kumpanija li mmaniffaturat il-ħelikopters AW169 diġa’ ħarġet stqarrija sabiex kulmin għandu ħelikopter simili jagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa qabel jittajjar.

Vichai Srivaddhanaprabha kien xtara lit-tim ta’ Leicester City fl-2010, u fl-2016 dan it-tim ħasad lil kulħadd fl-Ingilterra meta rnexxilhom jirbħu l-Premier League Ingliż.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association. Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost…

GSSE 2019

Jumejn ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tat-18 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru fil-Montenegro u jkompli jintensfika t-taħriġ ta’ diversi atleti Maltin. F’Malta waslet ukoll l-isprinter Charlotte Wingfield…

Local Sports

Bejn Ottubru 2018 u Mejju 2019, madwar 1500 student minn Malta u Għawdex ipparteċipaw f’programm edukattiv/sportiv li jippromwovi l-importanza ta’ dieta tajba u l-eżerċizju fiżiku. Intużaw iż-żwiemel bħala mezz ta’…

Aktar