Futbol internazzjonali
Investigazzjoni Emiliano Sala: Livelli għoljin ta’ Cohb fid-demm

Skond l-investigaturi tal-ajru t-testijiet tad-demm li saru fuq il-katavru ta’ Emiliano Sala sabu li kien hemm livelli għoljin ta’ carbon monoxide. L-istess jidher li huwa l-każ tal-pilota tal-ajruplan li kien qed isuqu lejn ir-Renju Unit.

Sala, ta’ 28 sena, kien qed fuq ajruplan tat-tip Piper Malibu f’titjira minn Nantes għal Wales sabiex jingħaqad ma’ Cardiff meta l-ajruplan sparixxa fuq il-kanal Ingliż f’Jannar illi għadda. Il-ġisem ta’ Sala nstab gimgħatejn wara qalb it-tifrik tal-fdalijiet tal-ajruplan.

Bullettin speċjali mill-Air Accident Investigation Branch tar-Renju Unit jgħid li testijiet tossikoloġiċi fuq id-demm ta’ Sala rriżultaw li kien hemm livell ta’ 58 fil-mija ta’ Cohb, taħlita ta’ carbon monoxide u haemoglobin.

Huma mifhum li persuna esposta għal din is-sustanza jista jkollha ħsara fil-moħħ, il-qalb jew is-sistema tan-nervituri b’livelli għola minn ħamsa fil-mija meqjusa bħala potenzjalment fatali.

L-AAIB qalet li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u rapport finali mistenni jiġi ppubblikat fil-futur.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Polonja u r-Russja ngħaqdu mal-Belġju u l-Italja għall-edizzjoni tal-UEFA Euro 2020. Dan wara li fil-logħbiet tal-Ħadd filgħaxija huma ħarġu rebbieħa u qatgħu passaġġ għall-Kampjonati Ewropej 2020. Ir-riżultati kollha tal-Ħadd filgħaxija…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA. Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’…

Futbol internazzjonali

Malta….0 Żvezja…4   Tlettax minn tlettax għall-Iżvediżi kontra l-Maltin, wara li fl-Istadium Nazzjonali s-Sibt filgħaxija, Malta tilfet bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Iżvezja. Tlettax-il konfront li fihom l-Iżvediżi dejjem ħarġu rebbieħa…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”. Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta…

Aktar