Futbol lokali
Ippremjati r-rebbieħa tal-kampjonati tal-youths, tfajliet u e-sports tal-MFA

Ir-rebbieħa tas-sezzjonijiet kollha tal-Youth League tal-MFA għall-istaġun 2019-20, flimkien mar-rebbieħa tal-kampjonati tat-tfajliet Taħt id-19 u Taħt il-15-il sena, ġew ippreżentati bit-trofej tagħhom f’ċeremonja fit-Trophies Lounge tal-Istadium Nazzjonali lbieraħ.

Magħhom ġew ippremjati wkoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-e-sports organizzati mill-MFA.

It-trofej ingħataw mill-viċi-presidenti tal-MFA Ludovico Micallef, Matthew Paris u Adrian Casha, u s-segretarju ġenerali Angelo Chetcuti. Kris Gilson, f’isem il-Bank Of Valletta, ippreżenta t-trofej tal-e-sports.

Ir-rebbieħa kollha kienu Balzan, Youth League Section A: Hibernians, Youth League Section B: Attard, Youth League Section C: Fgura Utd, Youth League Section D: u Kalkara Utd, Youth League Section E.

Il-league tat-tfajliet Under 19 intrebaħ minn Mġarr United: waqt li Swieqi Utd rebħu l-Under 15s.

Christian Spiteri li rrappreżenta lil Santa Lucia rebaħ il-BOV ePremier League: u finalment, Ryan Cauchi li rrappreżenta lil Tarxien Rainbows ħa il-BOV ePremier Challenge.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Aktar