Futbol lokali
Ippreżentat Devis Mangia: il-head coach ġdid tat-timijiet nazzjonali tal-futbol

“Irrid nisfrutta għall-massimu l-inkarigu li ngħatajt… imma waħdi ma nista’ nagħmel xejn… hemm bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd, anke tal-partitarji.”

Il-kummenti ta’ Devis Mangia fil-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu lill-media llum bħala l-head coach il-ġdid tat-timijiet nazzjonali tal-football.

It-Taljan ta’ 45 sena jasal Malta wara esperjenza fi prattikament kull livell tal-football fl-Italja: fosthom bħala coach tat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.Mangia qal li l-missjoni prinċipali tiegħu hija li jattwa l-proġett ambizzjuż tal-MFA għat-titjib tal-football Malti u tal-player Malti: b’filosofija komuni għall-komponenti kollha tal-MFA. Mitlub opinjoni dwar il-football Malti, Mangia qal li ma jistax jagħti ġudizzju għalissa imma jrid josserva fit-tul u b’mod kontinwu. Qal li l-kejl tax-xogħol tiegħu se jkun il-players imsejħa mat-team nazzjonali: u se jkun jista’ jagħmel l-ewwel valutazzjoni f’Marzu meta se jmexxi lit-team għall-ewwel darba f’partiti ta’ ħbiberija mal-Ażerbajġan, Liectenstein u Ġibiltà.Devis Mangia qal li eventalment iridu jkunu l-fatti u r-riżultati li jitkellmu. Sostna li l-possibiltajiet qegħdin hemm, imma xejn ma jiġi mill-ewwel, u kien hawn li semma’ l-importanza ta’ ħidma flimkien anke mal-clubs lokali. Finalment qal, irid lill-players iħossuhom kburin jilbsu l-flokk tat-team nazzjonali imma jagħtu rendiment bħala tali.

Fl-introduzzjoni tiegħu l-president tal-MFA Bjorn Vassallo fisser kif wara investiment qawwi fil-faċilitajiet, imiss pjan strateġiku mifrux fuq medda ta’ mill-inqas tmien snin biex jogħla l-livell tekniku tat-timijiet tal-assoċjazzjoni. Qal li mhuwiex jinbidel biss coach imma sistema sħiħa lejn il-professjonaliżmu: fost l-oħrajn bid-dħul ta’ team fil-Lega Pro fl-Italja: bl-għan aħħari li s-sistema tipproduċi players aħjar għall-futur u tagħti għażla ikbar lill-coaches nazzjonali.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena, illum rebaħ it-tieni partita tiegħu mill-UEFA Youth Girls Development Tournament kontra Ġibiltà bi skor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Malta waslu fit-tieni…

Futbol lokali

Hekk kif f’dan tmiem il-ġimgħa ma sarx logħob mill-kampjonati tal-MAFA minħabba l-festi tal-karnival, se nieħdu l-opportunita’ sabiex nagħmlu analiżi ta’ dak li ġara s’issa kemm mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Aktar