Local Sports
Ippreżentata l-viżjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Beachsoccer

Il-viżjoni għall-futur tal-beachsoccer f’Malta ġiet ippreżentata lill-media fl-ewwel attività pubblika tal-president il-ġdid ta’ Malta Beach Soccer, Pio Vassallo.

Vassallo fisser kif għas-snin li ġejjin, l-assoċjazzjoni trid taħdem fi strateġija id f’id mal-MFA, SportMalta, u l-Kumitat Olimpiku Malti biex l-isport jitpoġġa fuq sisien sodi. Huwa emfażizza l-importanza li kull min hu nvolut jagħti sehemu f’dan il-vjaġġ biex eventwalment ikunu organizzati tournaments lokali u internazzjonali ta’ kwalità bil-possibiltà li jitkattar it-turiżmu sportiv għal Malta. Is-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima awgura li l-professjonalità li qed turi l-assoċjazzjoni iwassluha biex tilħaq il-miri tagħha: bil-gvern min-naħa tiegħu impenjat li jagħtiha l-għajnuna li għandha bżonn fl-inizjattivi tagħha.

L-ewwel appuntament uffiċjali għall-beachsoccer huwa n-Nestlè Ice-Cream Tournament li għandu jintlagħab fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa bejn is-27 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Settembru: dejjem skont il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Wara l-MFA u l-ASA ilbieraħ, illum kien imiss lill-Kumitat Olimpiku Malti jappella lill-awtoritajiet iqisu iċ-ċirkostanzi speċjali tal-atleti fejn jidħlu miżuri kontra l-Covid-19. F’ittra lill-viċi-prim ministru u ministru tas-saħħa Chris Fearne,…

Keith Camilleri ta ‘V-Rig KC Racing Esports fuq karozza numru 44, spiċċa fit-2 post fil-Kampjonat Taljan F3 Esport li sar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju fiċ-ċirkwit ta’ Imola. Il-programm kien jikkonsisti…

Aħbarijiet xokkanti mid-dinja ta’ dan l-isport hekk kif il-plejer Niġerjana Funke Oshonaike, li rrapreżentat lil pajjiżha fl-Olimpjadi għal sitt darbiet, żvelat li meta kienet għadha tifla, kienet tifla żgħira, qabel…

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi niedew Sejħa għall-Għotjiet ta’ Boroż ta’ Studju għall-2020 bl-intenzjoni li jkompli jitkabbar l-investiment fl-Atleti…

Aktar