Futbol lokali
Ippreżentati l-badges lir-referees tal-FIFA
4 Referees u 8 Assistenti Referees fuq il-panel internazzjonali tal-FIFA

Ir-referees Maltin innominati fuq il-panel tal-FIFA għall-2019 ġew ippreżentati bil-badges tagħhom.

Malta żammet il-kwota ta’ erba’ referees tal-football u tmien assistenti referees internazzjonali. Alan Mario Sant, fuq il-panel tal-FIFA mill-2010, issa huwa r-referee Malti Numru 1. Ir-referees l-oħra tal-FIFA għal din is-sena huma Trustin Farrugia Cann, Fyodor Zammit u Matthew Degabriele: dan tal-aħħar nominat għall-ewwel darba.

L-assistenti referees fuq il-panel tal-FIFA huma Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Spiteri, u Roberto Vella.

Barra minn hekk, Malta għandha żewġ referees tal-futsal: David Balzan, u għall-ewwel darba, Clint Cassar: waqt li Jonathan Mallia ġie kkonfermat fuq il-panel tar-referees tal-beach soccer, b’miegħu jiddebutta fix-xena internazzjonali Pierre Bonnici.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Aktar