Ippreżentati s-sewwieqa u l-karozzi għall-1 edizzjoni tal-FIA Hill Climb

Illum gew ppreżentati s-sewwieqa u l-karozzi li ser ikunu qed jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Hill Climb Masters li se jsir fil-Lussemburgu bejn il-11 u 12 ta’ dan ix-xahar.

Se jkunu tlieta s-sewwieqa Maltin li ser jipparteċipaw, li huma Mark Micallef, Jason Muscat u Ryan Mangion.

Il-President tal-Malta Motorsport Federation Tonio Cini spjega li f’din il-kompetizzjoni se jieħdu sehem 8 sewwieqa nisa.

L-akbar numru ta’ parteċipanti ġejjin mill-Ġermanja, b’total ta’ 20, warajhom Franza bi 19.

Min-naħa tiegħu s-segretarju parlamentari Chris Agius spjega kif il-finanzi jew in-nuqqas tagħhom flimkien man-nuqqas ta’ faċilitajiet huma pjaga f’bosta dixxiplini fl-isport lokali.

Saħaq li ghalkemm ma jistax jgħin lil kullħadd finanzjarjament, qed jagħmel l-almu tiegħu biex l-isport ikollu faċilitajiet adegwati li jkunu denji ghall-isportivi Maltin.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar