Sport Lokali
Ippublikati l-linji gwida għat-taħriġ tal-Isport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rilassament tal-miżuri konċernanti mal-isport, hekk kif fil-ġranet li ġejjin se jiftħu numru ta’ faċiliatjiet sportivi ‘outdoor’ ta’ SportMalta u l-atleti se jkunu jistgħu jerġgħu jipprattikaw l-isport tagħhom fil-miftuħ.

Is-Segretarju Parlamentari Grima qal li dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr is-serjetà, kreattività u dixxiplina ta’ numru sabiħ ta’ assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali li kienu pro-attivi u avviċinaw lis-Segretarjat Parlamentari u lil SportMalta bis-suġġerimenti u r-rapporti dettaljati tagħhom u, fis-silenzju u b’koordinazzjoni, ħadmu flimkien sabiex, wara numru konsiderevoli ta’ laqgħat, fl-aħħar ittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet sabiex l-attività ta’ numru ta’ dixxiplini sportivi terġa’ tibda.

“Nappella lill-atleti biex jipprattikaw l-isport fil-limiti tad-direttivi tal-avviż legali u l-linji gwida b’rispett lejn xulxin u tas-soċjetà tagħna, li għalkemm għamlet passi ta’ ġgant fl-aħħar ġimgħat, għadha ma ħarġitx totalment minn dan il-perjodu ta’ sfida,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima.

Dawn huma ir-rekwiżiti għall-isport kollu:

  • It-taħriġ jista’ jsir fi gruppi ta’ sitta u jista’ jkun magħmul minn ħames atleti u kowċ, jew grupp ta’ sitt atleti. 
  • L-atleti għandhom ikunu mbegħdin minimu ta’ 3 metri għall-isport kollu ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet fejn id-distanza minima hija ta’ 2 metri.
  • L-atleti għandhom jitħarrġu fi gruppi tal-istess 5 jew 6 individwi matul is-sessjonijiet kollha ta’ taħriġ tagħhom, u m’għandhomx jaqilbu gruppi għal xi raġuni.
  • Il-kowċis għandhom jitqiesu bħala parti mill-grupp (jekk ikun hemm) u għandhom iżommu distanza ta’ 3 metri kif ukoll jilbsu facemask.
  • Mhux permess li tagħmir jissellef minn atleta għal ieħor.
  • In-numru totali ta’ persuni permessi fil-post għandu jammonta għal mhux aktar minn persuna waħda (1) għal kull 20 metru kwadru ta’ spazju ta’ taħriġ użabbli.

Għal iktar informazzjoni, l-għaqdiet, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi għandhom jirreferu għall-linji gwida ppublikati u jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ SportMalta fuq [email protected].

Tista’ tara l-Linji gwida ta’ SportMalta hawn.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Id-disa’ darbiet champion tal-Moto GP Carlo Ubbiali miet fl-età ta’ 90 sena. Din l-aħbar ħarġet mill-midja Taljana t-Tlieta 2 ta’ Ġunju. Ubbiali tellaq għall-ewwel darba fil-kampjonat tal-1949, u aktar tard…

Baseball & Softball

Il-plejer tal-baseball Felipe Vazquez se jerġa’ jkun akkużat dwar pornografija relatata mat-tfal. Vazquez hu wieħed mill-aktar plejers tal-baseball popolari u segwiet fl-Istati Uniti. Il-plejer mill-Venezwela diġà kellu 20 każ ta’…

Boxing

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li…

Rugby

L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby se jneħħu terz mill-impjegti tagħhom biex jilqgħu għall-impatt negattiv li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19. L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby ħabru li 47 impjegat minn 142 full-timer se jkunu qed itemmu…

Aktar