Atletika
Ir-raġel ta’ Agnes Tirop jitressaq fil-Qorti akkużat bil-qtil ta’ martu, iwieġeb mhux ħati

Ir-raġel ta’ Agnes Tirop, dalgħodu tressaq fil-Qorti akkużat bil-qtil ta’ martu.

Ibrahim Rotich wieħeb mhux ħati tal-akkużi kontrieh.

Rotich ta’ 41 sena, il-ġimgħa li għaddiet kien obbligat jagħmel testijiet mentali wara l-qtil ta’ martu.

Agnes Tirop kienet waħda mill-aqwa atleti fil-Kenja. F’Settembru li għadda, Tirop kissret ir-rekord tal-10,000km fil-Ġermanja. Hi kienet rebħet ukoll il-Midalja tal-Bronż fil-kampjonati dinjija tal-2017 u l-2019 tal-istess distanza.

Hi nstabet mejta fejn is-sodda tad-dar tal-kopja fit-13 ta’ Ottubru li għadda.

Miktub minn...
TVM Sport