Motorsport
Ir-Rally Dakar tas-sena 2020 tibda fil-5 ta’ Jannar bit-tappi kollha fl-Arabja Sawdija

Fil-5 ta’ Jannar tingħata bidu għall-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Rally Dakar. Diversi sewwieqa jinsabu jippreparaw bis-sħiħ għall-edizzjoni li jmiss fosthom l-Ispanjol Carlos Sainz li għandu 57 sena u li fil-passat irnexxielu jirbaħ darbtejn dan l-unur.

Sainz magħruf bħala l-Matador f’din l-edizzjoni se jkun qed isuq X-Raid Mini buggy flimkien ma’ Lucas Cruz bħala co-driver.

L-edizzjoni tas-sena 2020 tar-Rally Dakar se tkun qed issir kollha kemm hi fl-Arabja Sawdija u tintemm f’Riyadh fis-17 ta’ Jannar bi 12 -il tappa fuq distanza kompetittiva ta’ 9,000kilometru. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jikkompeti wkoll l-ex Champion tal-Formula 1 u rebbieħ tal-Le Mans Fernando Alonso.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz jinsab stadju ‘l bogħod milli jirbaħ id-Dakar Rally 2020. Fit-tmiem tal-istadju ta’ qabel tal-aħħar, Sainz kellu 10 minuti vantaġġ fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah, u ftit tas-sekondi aktar…

Motorsport

Is-Sewwieq Malti Noel Galea li jikkompeti b’mod regolari ġewwa Sqallija ġie ikkonfermat Champion tal-klassi li jikkompeti fiha. Il-Klassi hija magħrufa bħalha Grupp E2SH u Klassi 2000. Il-grupp jindika it-tip ta…

Aktar