Regatta
Ir-Regatta Nazzjonali għall-25 ta’ Settembru

Ir-Regatta Nazzjonali se tkun qed issir fil-25 ta Settembru fil-Port il-Kbir f’forma ridotta.

Din l-aħbar tawha l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor illum wara nofsinhar.

Fi stqarrija, l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif irringrazzjat lill-awtoritajiet kollha tal-għajnuna li sabet li f’laqgħa li saret il-Ħamis li għadda, semgħu b’attenzjoni id-diffikultajiet tal-klabbs.

Ir-regatta se tkun qed issir taħt il-protokolli kollha meħtieġa.

L-Għaqda Regatta Nazzjonali qalet li se tibqa’ impenjata li r-regatta tissaħħaħ iktar lokalment u anke barra min xtutna, biex b’hekk din it-tradizzjoni Maltija ta’ 450 sena ilu tibqa’ tkun il-ġojjel ta pajjiżna.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League