Regatta
Ir-Regatta speċjali ta’ Settembru 2021 is-Sibt fid-9.30am diretta fuq TVM2

Is-Sibt se ssir edizzjoni speċjali ta’ tiġrijiet tar-Regatta fil-Port il-Kbir. B’kollox se jkun hemm sitt tiġrijiet li se jkunu tlieta tal-kategorija Open, tnejn ta’ taħt id-19 -il sena u tiġrija tal-frejgatini tan-Nisa. Il-programm ta’ għada ta’ sitt tiġrijiet se jibda fid-9.30am u t-tiġrijiet kollha se jkunu qed jixxandru fuq TVM2 fi programm speċjali mmexxi minn Sandro Micallef bl-għajnuna ta’ Antvin Monseigneur. L-ewwel tiġrija se tkun dik tal-Pass b’erba’ mqadef taħt id-19 -il sena segwita mit-tieni tiġrija dik tal-Midalji Open. It-tielet tiġrija se tkun dik tal-Frejgatini Nisa. Ir-raba’ tiġrija se tkun tal-Pass b’żewġt imqadef kategorija Open. Bl-aħħar żewġ tiġrijiet se jkunu kajjikki taħt id-19 -il sena u tal-Pass b’erba’ mqadef kategorija Open. Il-preżentazzjoni lir-rebbieħa hija skedata għal ħabta tan-12:30pm.

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.