Regatta
Ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2018 se ssir fis-7 ta’ April

Regatta: TVM Sport jista’ jikkonferma li r-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien li ssoltu ssir fil-31 ta’ Marzu, s-sena dieħla se tkun pospota b’ġimgħa u se ssir is-Sibt 7 ta’ April. Sorsi ta min jorbot fuqhom qalu lil TVM Sport li peress li l-31 ta’ Marzu se jaħbat Sibt il-Għid l-Għaqda Regatta Nazzjonali talbet li r-Regatta ssir f’ġurnata oħra. Wara votazzjoni sabiex ir-Regatta ssir fis-7 ta’ April sitt Club ivvutaw favur bl-uniku Club li jivvota kontra jkun il-Club ta’ Bormla.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.