Regatta
Ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien se tibqa’ fil-kalendarju imma posposta għal bejn is-17 ta’ Mejju u s-7 ta’ Ġunju

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor, ikkonfermat li r-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se tibqa’ fil-kalendarju tal-attivitajiet sportivi imma se tiġi posposta għal data bejn is-17 ta’ mejju u s-7 ta’ Ġunju.

L-Għaqda mistennija tlaqqa’ lill-klabbs membri tagħha wara t-Tnejn li ġej, 26 ta’ April, meta l-Gvern mistenni jirrilaxxa aktar miżuri.

L-istqarrija tgħid li fil-ġurnata li se tkun qed tlaqqa’ lill-klabbs membri, se tkun qed tiġi diskussa ġurnata oħra meta se jsir dan l-avveniment nazzjonali.

L-Għaqda avżat ukoll li hemm qbil bejn il-partijiet konċernati biex ma jsirx taħriġ fuq il-baħar sas-26 ta’ April.

Miktub minn...
TVM Sport