Regatta
Ir-Regatta tat-8 ta’ Settembru ser tkun l-aħħar waħda għall-President Stephen Paris
Il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor Stephen Paris ħabbar li mhux ser ikun qed jerġa’ jikkontesta l-kariga wara r-Regatta tat-8 ta’ Settembru li ġej. F’komunikat li l-President bagħat lill-klabbs, infurmahom li l-edizzjoni tar-Regatta li jmiss ser tkun l-aħħar waħda tiegħu bħala President tal-Għaqda.
Filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tal-għajnuna u l-koperazzjoni, wiegħed lill-klabbs li ser jibqa’ viċin tagħhom sal-aħħar minuta li jagħmel bħala President. Għaldaqstant huwa mistenni li wara t-8 ta’ Settembru, l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor ikollha President ġdid.
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Il-Club tar-Regatta ta’ Vittoriosa instab ħati tallli uża l-famuż Kajjikk ‘Sant Antnin’ minkejja li kien hemm mandat ta’ inibizzjoni mill-imgħallmin tiegħu Anthony u Barry Cassar ta’ Tunanu Boat Builders. Kien…

Regatta

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor fi stqarrija qalet li wara li nħargu l-linji gwida fejn jirrigwarda l-isport u fejn qabel inħarġu dawn il-linji gwida l-assocjazzjoni ma kienet qatt ikkonsultata,…

Regatta

Il-41 edizzjoni tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien illum ma setgħatx issir hekk kif is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż ma’ ħallietx alternattiva oħra lill-Għaqda Regatta Nazzjonali li tikkanċella l-edizzjoni ta’ din is-sena. Fil-bidu meta…

Aktar