Regatta
Ir-Regatta titlef lil Sammy Busuttil

Tħabbret il-mewt ta’ Sammy Busutill ex President tal-Club ta’ Bormla, eks President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u President Onorarju. Tul is-snin li dam President tal-Club ta’ Bormla hu rebaħ 11-il darba x-Shield ta’ Settembru, kif ukoll 8 darbiet ix-Shield ta’ Marzu.

Is-Sur Busuttil kien maħtur fil-kariga ta’ President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali fl-1978 u baqa’ fil-kariga sal-2007, jiġifieri għal 29 sena konsekuttivi. Huwa kien strumentali u se jibqa’ mfakkar li sabiex fir-Regatta daħlu ideat u regolamenti ġodda. Il-Funeral tiegħu se jsir għada fis-2pm fil-Kolleġjata Maria Immakulata ta’ Bormla. TVM Sport iwassal il-kondoljanzi lill-familja Busuttil.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.