Futbol internazzjonali
Ir-rekord ta’ Francesco Acerbi jispiċċa mat-tkeċċija – kien preżenti mal-ewwel ħdax għal 149 logħba konsekuttiva

Il-logħba tal-bieraħ filgħaxija bejn Napoli u Lazio ma kienet xejn feliċi għall-plejer Francesco Acerbi, għax mhux talli t-tim tiegħu kien fuq in-naħa telliefa, imma hu spiċċa mkeċċi fl-aħħar 20 minuta tal-logħba. Għalkemm forsi li plejer jitkeċċa f’logħba futbol mhijiex aħbar li għandha toħloq xi interess partikolari, it-tkeċċija t’Acerbi tfisser li dan il-plejer ma jistax jibda l-logħba li jmiss u allura, ir-rekord tiegħu ta’ 149 logħba konsekuttiva li beda mal-ewwel ħdax, waqaf mas-70 minuta kontra t-tim ta’ Napoli.

Acerbi ilu jkun mgħajjat mal-ewwel ħdax sa minn Ottubru tas-sena 2015. Dak iż-żmien kien jilgħab mat-tim ta’ Sassuolo, u fil-bidu ta’ dan l-istaġun huwa ngħaqad mat-tim ta’ Lazio fejn kompla fejn kien ħalla u baqa’ jkun mgħajjat fil-lista tal-plejers li jibdew il-logħba kontinwament. Barra minn hekk, fil-148 logħba ta’ qabel, Acerbi qatt ma kien sostitwit, tragward importanti meta tqis li l-plejer għandu 30 sena. Biss, fil-logħba tal-bieraħ, is-sitwazzjoni kienet differenti għax malli fis-70 minuta għamel il-foul fuq Callejon, l-eżitu kien wieħed, it-tieni karta safra u ħamra u allura kellu jmur jinħasel fid-dressing room qabel sħabu.

Francesco Acerbi issa ser ikun sospiż għal-logħba li Lazio ser jilagħbu kontra Juventus fl-Olimpico, bil-kowċ Simone Inzaghi jisħaq li Acerbi qatt ma kellu jitkeċċa mill-grawnd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar