Fight Sports
Ir-Rumanija tirbaħ il-Kampjonati Ewropej tal-Karate, l-SKSM Malta bi 18 -il Midalja

Ftit tal-jiem ilu, għall-ewwel darba f’Malta kienu organizzati il-Kampjonati Ewropej tal-Karate kif ukoll l-ewwel it-Tazza tad-Dinja tal-Kobudo.  B’kollox ikkompetew f’malta mal-1,400 atleta f’xejn inqas minn 230 kategorija.

Malta kienet rapreżentata mill-Iskola Maltija SKSM Karate, b’kontingent ta’ 20 atleta fejn intrebhu 18 -il midalja, li kienu 3 deheb, 10 fidda u 5 bronż, bejn il-Kampjonati Ewropej u Kobudo

Ir-Rumanija li kellhom skwadra ta’ 148 atleta rebħu l-klassifika overall, bl-Italja, Ingilterra u Slovakia spiċċaw jokkupaw it-tieni, it-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Mistoqsi fuq il-pjanijiet li hemm fil-futur qarib, wara din l-attivita hekk kbira, Chris Galea, mall-ewwel qalilna li l-pass li jmiss huwa il-Kampjonati Internazzjonali li se jsiru f’Marzu tas-sena d-dieħla, is-sbatax -il edizzjoni tal-MALTA OPEN, fejn permess tas-suċċess li kellna, qed nistennew numru kbir ta’ atleti barranin.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Fight Sports

Riżultat ieħor prestiġjuż jinkiseb fi Bratislava, l-iSlovakja, fejn SKSM ikkompetiet b’tim ieħor differenti, did-darba ta’ 5 atleti.  Għall-Kampjonati ‘Slovakia Karate Open’ li hu rikonoxxut mill-World Union Karate Federation attendew 541…

Fight Sports

Wara ħidma intensiva mill-Federazzjoni tat-Taekwondo f’Malta intgħażlu u tħejjew erba’ atleti Maltin għat-2018 World Taekwondo Junior Championships.    Jake Govus, Kylie Magro, Chloe Vassallo u Jerome Vassallo kollha kienu eliġibbli biex…

Fight Sports

Karate: Fi tmiem il-ġimgħa kien organizzat il-Malta Open bil-parteċipazzjoni ta’ diversi atleti li kienu qedgħin jirrapreżentaw xejn inqas minn 21 pajjiż. Il-kategorija Overall intrebħet minn SKSM Malta segwieta mill-Club All…

Fight Sports

Dan ix-xahar f’Malta se ssir l-ewwel ġlieda bil-Muay Thai. Din il-ġlieda se tkun fost għadd ta’ ġlidiet ta’ kickboxing u K1 li se jsiru waqt Gladiators Fight Night 19. Se…

Aktar