International Sports
Ir-Russja sospiża minn kull avveniment sportiv għal erba’ snin li ġejjin

L-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping, WADA, ipprojbiet lir-Russja milli tieħu sehem f’kull avveniment sportiv dinji għal erba’ snin li gejjin.

Dan ifisser li r-Russja mhix se tieħu sehem fl-Olimpijadi tal-2020 f’Tokyo u fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar.

Wada qalet li madankollu, atleti li mhumiex imċappsa mill-iskandlu tad-doping jistgħu jikkompetu taħt bandiera newtrali.

Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Aġenzija kontra d-doping waqt laqgħa tal-kumitat eżekuttiv f’Lausanne fl-Isvizzera.

Dan kollu qed iseħħ wara li l-Aġenzija Russa ta’ Kontra d-Doping, Rusada, instabet li immanipulat informazzjoni maħruġa minn laboratorju f’Jannar ta’ din is-sena.

Il-WADA qalet li Rusada għandha 21 ġurnata biex tappella din id-deċiżjoni. Il-President tal-Wada, Sir Craig Reedie qal li din id-deċiżjoni turi d-determinazzjoni tal-aġenzija li tieħu azzjoni konkreta kontra l-kriżi tad-doping fir-Russja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-Eks Champion Olimpiku tal-100m sprint l-Amerikan Justin Gatlin qal li jemmen li sena oħra waqt l-Olimpijadi ta’ Tokyo li issa ġew posposti għas-sena d-dieħla jemmen li jista’ jirbaħ il-finali sprint…

International Sports

Dawk fl-Istati Uniti li xtraw il-biljetti biex jattendu għal xi avveniment tal-Olimpjadi li kellhom jibdew f’Lulju li ġej se jkollhom l-opportunità u l-opzjoni biex jużawhom is-sena d-dieħla jew jieħdu flushom…

International Sports

L-Olimpjadi 2020 li kellhom jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej f’Tokjo, issa mxew għall-2021. Iktar kmieni, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe kien għamel din it-talba lil Thomas Bach, President tal-Kumitat…

International Sports

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe talab lil Thomas Bach, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex l-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 isiru s-sena d-dieħla flok fis-sajf li ġej. Il-Ministru Olimpiku tal-Ġappun ukoll qalet…

Aktar