Sports Internazzjonali
Irek Razaev isuq il-BMX fil-Kazan Krelmin

L-istilla Russu tal-BMX, Irek Rezaev, saq fuq is-saqaf u l-ħitan tal-Kazan Kremlin l-antik. Sabiex dan ikun possibbli, Rizaev bena skate park li ġie jaqta’ ħafna mal-bini antik tat-torrijiet storiċi u l-knejjes.

It-tim tar-Red Bull li ħa ħsieb din l-inizjattiva qal li sabiex sar il-video ta’ preparazzjoni damu aktar minn sena, fejn kellhom iġibu diversi permessi mingħand l-awtoritajiet qabel setgħu jagħmlu din l-attività.

Fis-sena 2000 Kazan Kremlin kienet inkluża bħala sit storiku dinji mill-UNESCO.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

L-organizzaturi ta’ Tokjo 2020 bdew l-installazzjoni taċ-ċrieki mal-pajjiż li huma s-simbolu tal-Logħob Olimpiku. Iċ-ċrieki se jkunu installati, fost l-oħrajn, f’postijiet bħal Odaiba Marine Park f’Tokjo Bay, il-post fejn se jsiru…

Sports Internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa taż-Żgħażagħ li qegħdin isiru fil-Vaudiose Arena fl-Iżvizzera. B’kollox qegħdin jieħdu sehem 79 pajjiż, bl-atleta Olimpiku Usian Bolt awgura lill-atleti kollha qabel jibda l-logħob….

Sports Internazzjonali

Lionel Messi u Simone Biles rebħu l-unuri prestiġjużi tal-atleti tas-sena jiġifieri tal-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena 2019 hekk kif ivvutati mill-membri tal-AIPS, l-Assoċjazzjonali Internazzjonali tal-Media Sportiva. Fis-sena 2019 il-player Arġentin sar…

Sports Internazzjonali

Skont il-kumpanija internazzjonali tal-media Forbes, il-boxer Floyd Mayweather hu l-aktar sportiv li qala’ flus fl-aħħar diċenju. Skont Forbes, Mayweather qala’ 915-il mijun dollaru fi flus f’salarji u drittijiet tat-televizżjoni. Forbes…

Aktar