Waterpolo
Irridu nħarsu ‘l quddiem u nkunu pożittivi għall-kumplament ta’ dan il-kampjonat’ – Joe Caruana Curran

L-Għada tat-telfa fl-ewwel logħba minn Grupp B tal-kampjonat Ewropew tal-LEN 2018, it-team Nazzjonali Malti kellu sessjoni ta’ taħriġ fil-Piscines Sant Jordi waħda mill-Pixxini li qed jintużaw għat-taħriġ mis-sittax -il team tal-irġiel li qed jikkompetu f’dan il-kampjonat li jsir kull sentejn.

It-telfa kbira ta’ 21-4 kontra Spanja ħalliet diżappunt anke fuq wiċċ il-players Maltin li fis-sessjoni ta’ filgħodu kienu għadhom qed jirkupraw fiżikament u anke mentalment minn dan il-bidu diffiċli fl-ewwel logħba f’Barcelona.

Fi kliem il-Presidnet tal-ASA Joe Caruana Curran din it-telfa kienet mistennija fejn qal li wieħed irid jitgħallem ħafna minn dawn il-logħbiet kontra teams ta’ klassi mondjali bħal Spanja li qed jitqiesu wieħed mill-favoriti li jgħollu x-xettru ta’ Champions Ewropej l-ġimgħa d-dieħla.

Diżappuntat anke Jerome Gabaretta li skorja l-vantaġġ kmieni fil-logħba mis-centre li kien qed jagħmel ir-ritorn tiegħu man-Nazzjonal wara li kien tilef iż-żewġ logħbiet tal-playoff għall-kwalifikazzjoni kontra l-Belarus.

Il-players huma mistennija li jaraw xi siltiet mil-logħba kontra Spanja flimkien u ssir l-analiżi mal-kowċ Izzo.

L-Erbgħa issa t-tieni logħba kontra l-aħjar team fid-Dinja fil-waterpolo l-Montenegro li din is-sena diġa’ rebħu l-World League. Il-Montenegro b’diversi players familjari mal-waterpolo Malti fl-ewwel logħba tagħhom batew sabiex rebħu kontra Franza bl-iskor ta’ 8-6. Nittamaw li Alexander Ivovic u sħabu ma jkasbruniex.

Malta – Montenegro l-Erbgha fil-5pm b’xandira diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Il-Club ta’ Neptunes estenda l-permanenza tal-goalkeeper tagħhom Alan Borg Cole għal erba’ snin oħra mal-Club. Filfatt Borg Cole estenda l-kuntratt mal-Club mill-Balluta b’erba snin oħra. Il-Kuntratt kien iffirmat bejn…

Waterpolo

Bl-istaġun tal-waterpolo lokali magħluq Neptunes għamlu l-ewwel pass fis-suq tat-trasferimenti u assiguraw il-player żagħżugħ tagħhom Jeremy Abela għal xejn inqas minn erba’ snin oħra mal-Club. Abela magħruf bħala l-‘iŻnoq’ kien…

Waterpolo

L-ASA flimkien ma’ SportMalta organizzaw diversi tournaments matul il-ġimgħa Ewropea tal-Isport u l-kampanja Be Active. It-tournaments li saru fid-19 u l-21 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq, kienu jinkludi logħbiet għal…

Aktar