Futbol internazzjonali
Irtirata l-liċenzja tas-sewqan ta’ Marcelo Brozovic wara li saq fis-sakra

Marcelo Brozovic, il-plejer Kroat ta’ Inter, kellu l-liċenzja tas-sewqan irtirata wara baqa’ għaddej minn fuq it-traffic lights meta kienu mixgħula fuq l-aħmar.

L-aħbar ħarġet fil-media Taljana.

Brozovic twaqqaf mill-Pulizija fiż-żona ta’ Porta Genova u sarlu t-test li rriżulta fil-pożittiv.

L-inċident seħħ bejn il-lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt meta Brozovic kien qed isuq ir-Rolls Royce tiegħu.

Inter għadhom ma ħarġu l-ebda stqarrija dwar dan l-inċident.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-kampjonat tal-Peru ġie sospiż ġurnata wara li beda wara li l-partitarji tal-futbol fil-pajjiż naqsu li jobdu r-regolamenti u l-Liġijiet marbuta mal-COVID-19. Il-kampjonat fil-Peru ilu sospiż ħames xhur. Mijiet ta’ partitarji…

Futbol internazzjonali

Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-Kamerun li pparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet saret fl-Italja se jingħataw dar bħalha kumpens għall-wirjiet kbar li kienu għamlu. Din id-dar kienet imwegħda lil kull plejer…

Futbol internazzjonali

Il-plejer Brażiljan Willian ikkonferma li se jitlaq lil Chelsea wara seba’ staġuni. Willian iddeskrieva dawn is-seba’ snin fi Stambford Bridge bħala ‘eċċezzjonali’. Il-plejer ta’ 32 sena kkonferma din l-aħbar fil-profil…

Aktar