Motorsport
Is-sewwieq Wallace Martins imlaqqam ‘il-Hamilton tal-Favelas’

Is-sewwieq Brażiljan Wallace Martins ġie mlaqqam il-“Hamilton tal-Favelas,” u dan wara li għalkemm għadu żagħżugħ qiegħed jipprometti ħafna fil-motorsport.

Fil-preżent Martins itellaq fil-Formula Delta, u fil-verità jixbah ħafna lil Hamilton anke fid-dehra. Fl-età ta’ 18-il sena, Martins joħlom li jimxi fuq il-passi tal-Brittaniku u anke hu jtellaq fil-Formula 1. Martins qal li Hamilton jispirah għax bħalu kien ġej minn familja fqira, u bħalu huwa sewwieq ta’ kulur. U minħabba f’hekk, la Hamilton irnexxielu jagħmilha, m’għandux għalxiex ma jirnexxilux hu.

Wallace Martins beda jtellaq fil-karting meta kellu 10 snin, imbagħad mexa għall-Formula Vee u wara għall-Formula Delta. Il-pass li jmiss hu li Martins jidħol fil-Formula 3 u jittama li jibqa’ tiela’ ‘l fuq sal-Formula 1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA