Atletika
Is-Sibt tirritorna l-atletika bl-ewwel avveniment tat-Track and Field tal-MAAA

Wara waqfa ta’ erba’ xhur minħabba r-restrizzjonijiet soċjali imposti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-kompetizzjonijiet tal-atletika organizzata mill-Malta Amateur Athletic  Association se jkomplu nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju. Dan permezz ta’ programm ristrett ta’ attivitajiet li se jsiru fit-trakka Matthew Micallef St John fil-Marsa.

L-avvenimenti se jinkludu distanzi sprint ta’ 100, 200m u 400m kif ukoll it-triple jump, discus u hammer.

Minkejja li kien biss fl-aħħar jiem li l-assoċjazzjonijiet sportivi kienu infurmati li l-avvenimenti kompetittivi setgħu jkomplu, l-MAAA qed tagħmel l-almu tagħha biex tipprovdi l-aqwa opportunitajiet possibbli biex l-atleti jikkompetu fuq livell kompetittiv qabel tmiem l-istaġun.

L-MAAA tinsab f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet tas-saħħa biex tiżgura li dawn l-avvenimenti jsiru b’rispett sħiħ tal-protokolli tas-saħħa u tipprovdi sigurtà massima għall-parteċipanti u l-uffiċjali kollha involuti. Il-kompetizzjonijiet se jsiru bil-bibien magħluqa.

Fost firxa ta’ miżuri ta’ sigurtà, l-atleti kollha se tittieħdilhom it-temperatura filwaqt li elementi użati fil-kompetizzjonijiet, fosthom l-istarting blocks se jiġu santizzati kontinwament. Uffiċjali differenti se jkunu qed jieħdu ħsieb żona partikolari u se jibqgħu fl-istess pożizzjoni tul l-avvenimenti kollha.

Qabel it-tellieqa tal-400, se tinżamm minuta silenzju għall-memorja tas-Sur Svein Arne Hansen, President tal-European Athletics li ħalla din id-dinja aktar kmieni din il-ġimgħa. Is-Sur Hansen kellu relazzjoni b’saħħitha ħafna mal-atletika Maltija u mal-MAAA u ħadem biex imexxi l-quddiem dan l-isport f’pajjiżi żgħar fosthom Malta.

Programm ristrett ieħor, li jkopri l-bqija tal-avvenimenti atletiċi l-oħra se jsir fl-4 ta’ Lulju.

Il-programm sħiħ ta’ nhar is-Sibt hu dan:

Avveniment Kategorija

(Seniors U18, U20, U23)

Irġiel/Nisa Bidu
100m Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1700 hrs
100m Sen, U18, U20, U23 Nisa 1730 hrs
Hammer Throw Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1730 hrs
Hammer Throw Sen, U18, U20, U23 Nisa 1730 hrs
Triple Jump Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1800 hrs
Triple Jump Sen, U18, U20, U23 Nisa 1800 hrs
400 m Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1800 hrs
400 m Sen, U18, U20, U23 Nisa 1830 hrs
Discus Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1830 hrs
Discus Sen, U18, U20, U23 Nisa 1830 hrs
200 m Sen, U18, U20, U23 Irġiel 1900 hrs
200 m Sen, U18, U20, U23 Nisa 1930 hrs

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Fit-trakka tal-atletika Matthew Micallef St John ilbieraħ kienet ċelebrazzjoni ta’ ferħ għal 121 atleta ta’ etajiet tal-kategoriji ta’ taħt it-12, l-14 u s-16-il sena. Għal ftit minnhom, speċjalment fl-U12, kienet…

Atletika

Il-Belarus se jikkunsidraw offerti mingħand atleti Russi li jkunu jixtiequ jikkompetu għal pajjiżhom. Dan qaluh il-federazzjoni tal-atletika tal-Belarus. Bħalissa, l-atleti Russi huma sospiżi milli jikkompetu taħt il-bandiera ta’ pajjiżhom. L-atleti…

Atletika

Wara żewġ avvenimenti b’suċċess għall-kbar, fl-aħħar anke l-atleti ż-żgħar għandhom l-opportunità li jesprimu t-talent u t-taħriġ tagħhom hekk kif il-kompetizzjonijiet tal-MAAA għall-kategoriji tagħhom jirritornaw wara nuqqas ta’ erba’ xhur wara…

Aktar