Futbol internazzjonali
Is-sidien ta’ Arsenal jirrifjutaw l-offerta ta’ Daniel Ek biex jixtri l-klabb

Is-sid tal-app Spotify, Daniel Ek, qal li l-offerta li kien għamel lis-sidien ta’ Arsenal biex jixtri l-klabb ġiet rifjutata.

Wara li Arsenal kienu ħabru li se jipparteċipaw fis-Super League u rtiraw minnu ftit sigħat wara, Ek kien qal li lest jixtri lill-klabb ta’ Londra u kien għamel talba uffiċjali lis-sidien.

Ilbieraħ, fi stqarrija fuq twitter, Ek qal li din l-offerta li għamel ġiet rifjutata.

Ek qal li kien offra lil Josh Kroenke u l-bankiera tiegħu biex jixtri lill-klabb iżda huma rrispondew li m’għandhomx bżonn il-flus.

Ek qal li jirrispetta d-deċiżjoni tagħhom u li lest jerġa’ jiddiskuti jekk tinbidel is-sitwazzjoni.

Ek hu biljunarju Żvediż li hu rrapurtat li għandu valur ta’ aktar minn 3 biljun ewro.

Ma’ Ek jidher li hemm l-ex plejers Thierry henry, Dennis Berkamp u Patrick Vieira.

Miktub minn...
TVM Sport