Futbol lokali
FILMAT – FA Trophy: Is-Sostituti ta’ Senglea jagħmlu d-differenza fir-rebħa fuq Gżira Utd

FA TROPHY 2029/20

It-Tielet round

Gżira Utd…….1

Senglea A…….2

Senglea Athletic fir-raba’ round tal-FA Trophy meta s-sostituti Jan Tanti u Leighton Grech għamlu d-differenza meta daħlu fit-tieni taqsima għax permezz tal-gowl tagħhom dawru r-riżultat biex xejnu l-gowl ta’ Zachary Scerri u l-Isla għaddew għar-raba round tat-Trophy, bi Gżira jinqalgħu daqstant kmieni mill-kompetizzjoni.

L-ewwel azzjoni waslet minn Gżira bix-xutt ta’ De Assis imiss mal-mimduda u jibqa’ sejjer barra. Fil-35 minuta l-lasta reġgħet kienet protagonista din id-darba fuq in-naħa l-oħra meta mill-cross ta’ Dias, Micallef bir-ras ra l-ballun jaħbat mal-mimduda u jmur barra.

Gżira UTD fetħu l-iskor mat-58 minuta meta Zachary Scerri ttanta xutt mid-distanza li bih għeleb lil Farrugia għal 1-0. Fl-74 minuta Senglea ġabu d-draw meta Dias tefa’ cross lejn Jan Tanti li minn qagħda angolata tefa’ l-ballun fix-xibka għal 1-1. Fid-79 minuta Gżira ħasbu li marru fil-vantaġġ għal darb’oħra meta x-xutt ta’ De Assis deher destinat għal ġewwa imma l-ballun ħabat mal-wieqfa. Fuq in-naħa l-oħra, tliet minuti wara kien Grech li prova xutt lejn il-lasti ta’ Haber iżda l-ballun kien imdawwar f’corner. Fit-83 minuta Leighton Grech ma żbaljax għax din id-darba x-xutt tiegħu għeleb lil Haber u spiċċa fir-rokna tax-xibka biex sostitut ieħor skorja għal Senglea Athletic.

Riżultat finali: Gżira Utd 1 Senglea A. 2

Referee: Matthew Degabriele

Gżira Utd: Justin Haber (GK), Fernando Barbosa, Gianmarco Conti, Zachary Scerri, Rodolfo Soares, Andrew Cohen (c), Clifford Gatt Baldacchino, Hamed Kone, Arthur Oyama, Martin Davis, Jefferson De Assis

Senglea A.: Matthew Farrugia (GK)(c), Sigitas Olberkis, Dejan Debono, Elvis Sakyi, Manolito Micallef (Jan Tanti 60’), Gonzalo Nicolas Virano (Leighton Grech 72’), Taisei Marukawa (Karl Pulo 86’), Jose Wilkson Texieira, Sean Cipriott, Mirko Todorovic, Marcelo Mariano Dias

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tlettax-il plejer ġej sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Dawn il-plejers kienu kkonfermati fi stqarrija mibgħuta mill-MFA wara d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tad-Dixxipplina. Il-plejers huma: Paul Fenech u Steve Pisani ta’ Balzan, Cain…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa tajba ta’ 3-1 kontra l-Bulgarija fit-tieni logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet. Wara d-dro ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda lbieraħ waslet…

Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Aktar