Futbol internazzjonali
Isir il-funeral ta’ Christian Esmerio, il-goalkeeper ta’ 15-il sena

Fi Flamengo, il-Brażil, sar il-funeral taż-żagħżugħ Christian Esmerio li kien wieħed mill-vittmi ta’ dak li seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda. Esmerio ta’ 15-il sena kien jinsab rieqed fiċ-ċentru tat-taħriġ tat-tim tal-Flamengo meta beda nar minn apparat tal-arja kkundizzjonata li malajr infirex ma’ dan iċ-ċentru kollu u ħalla għaxar żgħażagħ mejta u tlieta midruba gravi.

Fil-funeral kien hemm emozzjonijiet imħallta, b’diversi jċapċpu u oħrajn ikantaw l-innu tat-tim tal-Flamengo waqt li kienet qiegħda ssir id-difna fiċ-ċimiterju ta’ Rio de Janeiro.

Din il-mewt traġika kompliet tikkonferma kemm dawn iż-żgħażagħ jagħmlu sagrifiċċji sabiex fl-aħħar jirnexxilhom jaslu fejn jixtiequ, għax għalkemm il-Brażil bħala pajjiż jipproduċi diversi plejers kbar u ta’ fama mondjali, il-kundizzjonijiet li jkunu fihom sakemm jilħqu ċertu livell mhumiex rakkomandabbli.

Il-ġuvintur, li kollha kellhom bejn l-14 u s-16-il sena, kienu qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet miżeri, bla miżuri adattati ta’ sigurtà u bla ebda taħriġ għal meta jista’ jinqala’ xi ħaġa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

TVMSport jista’ jiżvela li l-President tal-club Taljan Juventus se jkun hawn Malta f’Ġunju għal asssemblea ġenerali straordinarja tal-European Club Association – ECA – li tħaddan clubs li jilagħbu fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA:…

Futbol internazzjonali

L-ex President ta’ Barcelona Sandro Rosell inħeles mill-akkużi miġjuba kontrieh dwar investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus. Rosell kien ilu arrestat 20 xahar. Din l-aħbar ikkonfermaha dokument tal-Qorti fejn tressaq Rosell….

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Aktar