Motorsport
Isir il-funeral ta’ Paulo Goncalves li miet waqt id-Dakar Rally

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally.

Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum.

Is-sewwieq miet fit-12 ta’ Jannar waqt is-seba’ tappa tad-Dakar Rally li kien qed isir fl-Arabja Sawdija.

Goncalves kien qed jipparteċipa fit-13 id-Dakar fil-karriera tiegħu.

Id-Dakar Rally ta’ din is-sena ħalla l-mewt ukoll tar-rider tal-muturi l-Olandiż Edwin Straver li miet wara inċident ieħor fatali fil-11 -il tappa.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Alex Marquez rebaħ l-ewwel Moto GP tal-karriera tiegħu, biss is-suċċess tiegħu kien online u mhux fuq it-trakka. F’tellieqa li saret għall-ewwel darba wara li l-istaġun tal-Moto GP ukoll ġie sospiż…

Motorsport

Il-FIM ikkonfermat li ttieħdet id-deċiżjoni li tipposponi wkoll it-tieni Grand Prix tal-istaġun li kien se jiftaħ il-kampjonat 2020 wara li kien pospost ukoll l-ewwel Grand Prix tal-Qatar. It-tieni Grand Prix…

Motorsport

Sebastien Ogier rebaħ ir-Rally tal-Messiku għas-sitt darba fil-karriera tiegħu, f’rally li kienet differenti minn tas-soltu għaliex twaqqfet ħesrem is-Sibt. Minħabba r-restrizzjonijiet minn diversi pajjiż dwar l-ivjaġġar, ġie deċiż li r-rally…

Motorsport

Formula E: Kien is-sewwieq tat-team DS Techeetah Antonio Felix da Costa li rebaħ l-E Gran Prix li sar f’Marrakesh wara li kien beda mill-Pole position. Antonio Felix da Costa sar…

Aktar